Il-Birgu
Admirality
Gate
Dar Normanna
Gieh il-Helsien
Il-Birgu
Admirality
Gate
Dar Normanna
Gieh il-Helsien
Il-Birgu
Il-Forti Sant Anġlu.
Meta l-Kavllieri ġew Malta (1530) dan il-forti kien sar is-Sede tal-Gran Mastru. Fil-1536 il-Kavallieri bnew ħafna bini importanti fosthom sar tkabbir u tisbiħ f'kastell Sant Anġlu li ġie mdawwar bi swar.
Admirality Gate.
Fis-swar li jdawru l-Birgu nsibu ħafna bibien, iżda fost dawk l-aktar magħrufin huma dawk ta' qrib ix-xatt ta' San Lawrenz. Bieb l-Admiral hija d-daħla li tagħti aċċess għax-xatt tal-Birgu.
Il-Yacht Marina.
Hawn jinsab il-post l-aktar viċin tal-bahar b'dehra sabiħa ħafna b'mijiet ta' yachts u dgħajjes.
Il-Mużew Marittimu.
Dan huwa mużew fejn fih insibu affarijiet marbutin mal-baħar u d-dgħajjes li kellhom xi rabta navali mal-istorja ta' Malta.
Casino di Venezja.
Fi żmien il-Kavallieri kien il-palazz tal-ġeneral tax-xwieni tal-Ordni ta' San Ġwann.
Id-Dar Normanna.
Din id-dar jingħad li hija l-aktar dar antika fil-Birgu, sorsi jgħidu li din hija tat-13-il seklu. Din id-dar ftit li xejn sar tibdil fiha hekk li ħafna mill-karatteristiċi għadhom oriġinali.
Il-Palazz tal-Inkwiżitur.
Palazz kbir mibni mill-kavallieri ftit wara li waslu Malta biex iservi bħala Qorti u ħabs. Wara ġie f'idejn il-Qorti tal-Knisja.
Il-Parroċċa ta' San Lawrenz.
Il-Knisja hija ddedikata lil San Lawrenz martri. Din il-Knisja kienet it-tieni knisja li saret parroċċa wara l-Katidral tal-Imdina. Fi żmien il-Kavallieri din kienet saret il-Knisja prinċipali tagħhom u kienu jsejħulha il-knisja konventwali.
Il-Monument Ġieħ il-Ħelsien.
Dan huwa monument li jfakkar l-għeluq tal-bażi Ingliża f'Malta.(31 ta' Marzu 1979).
Il-Monument f'Ġieħ ir-Rebħa.
Monument li jfakkar ir-rebħa tal- Assedju l-Kbir, meta l-Maltin rebħu fuq it-Torok. Dan sar fi żmien il-Kavallieri fl-1705 bl-ordni tal-Granmastru Ramon Perellos y Roccaful.