It-Tlieta 10 ta' Novembru,2020

Jien Sufan Qadim

Jien sufan qadim bil-kuxins u l-kulur tiegħi hu aħmar. Għandi saqajja tal-injam, fini l-molol u magħmul mid-drapp.


Illum il-ġurnata l-kulur tiegħi ċċara, spiċċajt bil-molol barra u d-drapp imqatta.' Minn ġewwa l-kundizzjoni tiegħi wkoll ma tantx hi tajba. Il-fowm u l-injam bdew jeqdimu u l- molol li kelli biex min ipoġġi fuqi jħossni artab issa spiċċaw iniggżu lin-nies. Bħalissa ninsab ġol- garaxx ta' Robert imma mhux min dejjem kont waħdi hawnhekk. Qabel kont ġod-dar tal-familja Micallef. Ġol-garaxx ma narax ħafna affarijiet ħlief vann iswed u karozza bajda. Kemm ilni hawn ġew qatt ma rajt affarijiet speċjali. Minn hawnhekk nisma' ħafna ħsejjes fosthom ta' vannijiet u karozzi għaddejin.


Jien ninsab mimli b' ħafna dwejjaq għax issa ħadd m'għadu jpoġġi fuqi.