Familja ġdida għal Ken

Kien L-Erbgħa filgħaxija meta s-sinjura u s-sur Muscat kienu qed jieklu biċċa laħam flimkien. F' ħakka t'għajn deher riklam fuq it-televixin. Kien riklam fuq l-addozzjoni . Huma ddeċidew li jaddottaw lil xi tifel jew tifla .

L-għada l-familja Muscat marru biex jiffimaw il-karta tal-addozzjoni. Damu xi siegħa biex jiffirmaw il-karti . Fl-aħħar irnexxielhom isiefru l-Indja . Meta waslu raw tifel gustuż li kien jismu Ken . Ken kien sorpriż , mistħi u ftit imbeżża' għax ma kienx jaf kif se jittrattawh.

Il-familja Muscat ġew Malta. Tgħidx kemm kienu kuntenti . Issa minflok qagħdu jaraw it-televixin waqt l-ikel saru jitkellmu ma' Ken . Ken kien fis-seba' sema għax fl-aħħar sab familja li tħobbu.