Meta Mikiel mar iżur il-Mużew.

Kien il-Ħadd u t-temp kien imsaħħab. Mikiel, ommu u misieru ddecidew li jmmoru l-Mużew tal-Istorja Naturali. Mikiel ried jara l-friefet. Dan il-Mużew jinsab l-Imdina. Il-bini tal-Mużew Naturali huwa antik. Dan il-Mużew huwa kbir u fih ħafna kmamar. F' dan il-Mużew insibu speci ta' mammiferi, għasafar, friefet, arzelli u bebbux. Insibu wkoll fossili tal-annimali li m'għadhomx jeżistu u anke laboratorji.

Mikiel kien iffissat fuq il-friefet u għalhekk huma marru fil-kamra tal-friefet. Hemmhekk kien hemm ħafna friefet differenti b'ħafna kuluri differenti.

Omm u missier Mikiel ħarġu mill-kamra biex ikomplu jżuru iżjed kmamar u Mikiel spiċċa waħdu fil-kamra tal-friefet. F'vetrina fejn kien hemm il-friefet, kien hemm wieħed blu kbir. Mikiel fetaħ il-kaxxa u dan il-farfett il-blu tar. Huwa beda jtir mal-kamra.

Tal-Mużew sabu farfett nieqes u din l-aħbar malar ġiet fuq l-aħbarijiet. It-tifel kien li fetaħ lill-farfett. Ma naħsibx li t-tifel se jitkellem fuq l-aħbarijiet għax tant kemm iħobb il-friefet li ma jridx jarhom maqfulin.