Familja ġdida għall-Ken
Kien il-Ħadd filgħodu meta l-familja Gatt kienu qed jieklu insalata bnina flimkien ma’ biċċa tiġieġa. Il-koppja kienu imdejqin għax għal snin twal qatt ma kellhom lil xi ħadd ieħor jikkumpanjahom waqt il-ħin tal-ikel. Is-sinjura kienet qed tħares lejn it- televiżjoni. Il-mara bdiet tara reklam dwar l-addozzjoni. Għajnejhom xegħlu bil-ferħ għax kienu jafu li ħajjithom ser tinbidel ta’ taħt fuq.
Il-koppja marru għand nutara biex jiffirmaw il-formoli meħtieġa. X’ħin iffirmaw il-formoli, marru dritt id-dar u bdew jippakjaw l-affarijiet sabiex imorru l-Indja biex jiġbru lit-tifel. Dakinhar bdew iħossu il-ħolm tagħhom isir realta’ . Huma u sejrin l-Indja ħassewhom eċitati. Il-ħin tar u f’ħakka t’għajn waslu l-Indja. Wara erbat ijiem jistennew il-proċess, irċivew ittra li jistgħu imorru jiġbru lil Ken. L-għada stess il-koppja ingħaqdet mat-tifel addottiv tagħhom Ken. X’ħin lemaħhom Ken, tar bil-ferħ u ġera ġirja għal fuqhom.
Huma ħadu grazzja miegħu minn dak il-mument stess li lemħuh. X’ħin niżlu Malta, huwa staqsiehom sabiex jaddottaw kelb. Huma aċċettaw mill qalb. Il-kelb semmewh Fido u Ken tgħidx kemm kien jieħu gost jilgħab miegħu!
Jayden Galea yr 5.2