Darba ommi qaltli biex immur nixtrilha ħobża tal-malti u jien hu miexi rajt bieb li kellu karta tgħid Tidħolx!!!. Imma jiena dħalt xorta u nara xjentist b'robot quddiemu. Tefa' t-taħlita tal-maġija f'żaqq ir-robot u r-robot ħa l-kulur. Telaq jiġri u dak il-ħin sar dinosawru u wara ftit reġa' sar robot.
Ir-robot!
Jiena u r-robot ħriġna mingħand ix-xjentist u għamilna ħbieb. Ftakart li rrid nixtrilha l-ħobża lil ommi. Ir-robot qalli biex intih il-flus ħa jmur jixtri hu . Mar aktar veloċi minn karozza . X'ħin wasal saqsejtu x'jismu u qalli "Dino". Ix-xjentist kellu qattusa. F'daqqa waħda smajt BUM!!!. Waqgħet id-dar tax-xjentist u ndunajt li l-qattusa saret mostru. Jien lil DINO saqsejtu jekk jistax joqtol il-mostru. F'ħakka t'għajn sar robot forma ta' dinosawru . Lil mostru tah daqqa ta' denb u tajru fuq bini l-mostru qam u girfu imma DINO kellu pistola tal-lejżer f'idejh sparah lejn il-mostru u qatlu.
Imnalla kelli lil Dino miegħi għax kieku r-raħal tagħna kien jiġi mkisser.