Djalogu bejn ċikkulata u tuffieħa

Tuffieħa: Bonġu kif int?

Ċikkulata: Tajba jien u int?

Tuffieħa: Jiena tajba ħafna!

Ċikkulata: Ħafna. kif Ħafna?

Tuffieħa: U mhux ovvja li tajba! Jien tuffieħa kollha enerġija.

Ċikkulata: Eħe...kollok enerġija naħseb.

Tuffieħa: Iva! Ejja forsi jiġi xi ħadd jiekolni ħalli tara.

Ċikkulata: Naħseb ma fhimtekx?

Tuffieħa: Tajjeb fhimt ta.

Ċikkulata: Kieku kont persuna kont niekol iċ-ċikkulata.

Tuffieħa: Suppost int taf li inti agħar minni.

Ċikkulata: Agħar! Ma tafx x'qed tgħid!

Tuffieħa: Jien kulħadd għandu bżonn jiekolni. Int ħadd ma jħobbok ħaħaħaħa!

Ċikkulata: XHIEX!!!!

Tuffieħa: Ajma x'daħka kienet dik.

Ċikkulata: Ħa ngħidlek iktar nies iħobbuni lili għax għandi togħma tajba. Int jaqq.

Tuffieħa: Jaqq!! Issa ngħidlek min hu jaqq.

Ċikkulata: Int bla togħma u jien tgħidx kemm jien ħelwa.

Tuffieħa: Jien nirbaħlek għax jien iktar sustanzjuża. Inti tħassar is-snien taf.

Ċikkulata: X'qed tgħid?!

Tuffieħa: Iva, ta. Iva.

Ċikkulata: Iva? B'hekk tirrispondi b'iva?

Tuffieħa: Iva, għax naf li għandi raġun!

Ċikkulata: Qed tgħid hekk għax qed tgħir. Ħaħaħa! ĦA NITLAQ TA ĊAW! Iddejjaqt nargumenta miegħek. Ċaw.