Il-Kelb u l-qattusa


Irrakonta storja mil-lenti ta’ kelb jew qattusa. Ikteb madwar 140-200 kelma


    

Darba waħda mort mixja waħdi. Qbiżt minn fuq iċ-ċint tas-sur Ġużepp. Għollejt saqajja għal fuq il-fjuri sbieħ tiegħu, għaliex hemhekk hu il-post favorit tiegħi.Hu dejjem jirrabja miegħi u din id-darba ġera warajja bl-ixkupa, imma jien ħrabtlu.


        Waqt li kont miexi, għaddejt mit-triq tal-knisja. Dak il-ħin xammejt riħa ta’ qattusa. Rajt lil Katrina li kienet qed tara x’hemmx’ tiekol fil-barmil taż-zibel. Jiena u hi tajna ħarsa kerha lil xulxix. Malajr indunajt li kien ġej il-gwaj bejnietna. Katrina bdiet miexja lejja bil-mod. Malli lmaħtha staħbejt taħt il-karozza ħalli nagħtiha qatgħa. Malli resqet lejja, qbiżt fuq daharha.

         

Ġbidtilha denbha b’kemm kelli saħħa, imma hi dlonk ħarġet id-dwiefer

tas-sħaħar li għandha għalija. Girfitni girfa fuq wiċċi u b’xorti tajba ma

lagħqtithlix għajnejja wkoll għax hi proprja għalihom ħebbet. Beda jqattar

id-demm fuq xufftejja u bdejt intiegħmu. Bir-rabja li kelli tajtha daqqa

bis-saħħa b’saqajja ta’ wara u bgħattha seba’ mili ‘l-bogħod.


         Ma qatgħetx qalbha u reġgħet ġiet tattakkani. Bqajna nirrumblaw mal-art u

niġġieldu, kif jgħid il-Malti bħal kelb u qattus, bid-differenza li din kienet

qattusa. Is-sur Ġużepp li kien għadu jfittixni bl-ixkupa, b’xorti tajba għalija

sabna. Prova jagħti daqqa ta’ xkupa lili imma laqgħat lilha u mhux lili.

        

Jien ħrabt saqajja ma’ dahri, ‘il-bogħod minnu kemm stajt. Katrina bilkemm felħet timxi, imma minn dakinhar ‘il quddiem ma reġgħetx ħarset lejja u xħin tara xkupa kienet tisparixxi.

Massimo Parrella year 6.1