Meta darba ntlift

Darba waħda, kellitmien snin u mort il-Belt Valletta mal-mama'. Bdejna nduru u sibna ħanut taġ-ġugarelli. Jien u l-mama' dħalna ġo dan il-ħanut u bdejt nara l-ġugarelli. F'daqqa waħda ma rajtiex il-mama', dort il-ħanut kollu u ħassejtni inkwewtata. Ilmaħt pulizija għaddej u mort inkellmu u wara li bdejt ngħidlu x'ġara għidt lill-pulizija n-numru tal-mama' f'widnejh imbagħad il-pulizija il-pulizija ċempel lill-mama' u qalilha fejn qiegħda jien u iva erġajt sibtha lill-mama'. Malli rajtha mort nagħtiha tgħanniqa kbira u malli rajt lill-mama' ħassejtni fis-seba' sema. Tgħallimt li meta ħa tieqaf x'imkien dejjem għandek tgħid lil min ikun miegħek.