Il-kamra tas-sodda tiegħi
Jiena ngħix ġo dar li għandha ħafna kmamar. Il-kamra li togħġobni ħafna hija l-kamra tas-sodda tiegħi. Inħobbha għax hija kamra organizzata u ordnata ħafna. Ġo fiha għandi ħafna affarijiet. Il-kamra hija mdaqqsa. Il-kamra tas-sodda tiegħi għandha l-kulur blu ċar. L-għamara hija antika ħafna u l-kamra hija imdawwla. Minn ġot-tieqa nista' nara l-iskola u xenarju sabiħ ieħor. Ġol-kamra tas-sodda tieġħi għandi sodda, skrivanija, siġġu jdur u gwardarobba tal-injam. Is-sodda togħġobni għax komda ħafna. Jiena fil-kamra tas-sodda tiegħi għandi sodda żejda biex oħti tista' torqod fiha ukoll. Kieku nbiddel xi ħaġa waħda minnha. Kieku nagħmel l-għamara iktar moderna.Il- kamra tiegħi dejjem nadifa tazza u żgur mhux se nidejjaq inqatta' ħafna ħin ġo fiha.