IL-ĦLEJQA
Kont għadni kif wasalt id-dar tiegħi b'-nifsi maqtugħ wara mixja fil-kampanja. Tlajt it-taraġ u quddiemi rajt xena li ħasditni.
Qbadt inwerżaq hekk kif quddiemi rajt ħlejqa stramba. Kienet ħaġa tonda b'żewġ saqajn u sitt idejn. Qalbi bdiet tħabbat sitta sitta. Wiċċha kien stramb għax kellha għajn waħda fin-nofs u żewġ imnifsejn. Fin-naħa 'l oħra tal-kamra rajt lill-qattus tiegħi iċċassat lejn din il-ħlejqa.
F'daqqa waħda din il-ħlejqa ġriet ġirja bħal żiffa riħ lejn il-qattus u ppruvat tattakkah. Jien mort biex inwaqqafha imma ppruvat iddur għalija wkoll. Bdejt nipprova nikkalmaha għax donnha kienet imbeżża'. Wara ftit minuti staqsejtha minn fejn ġiet u qaltli li ġiet minn pjaneta oħra viċin tagħna. Bqajt imbellah kif din spiċċat fid-dar tiegħi! Qaltli li jisimha Sankupa u li xtaqet li jkollha ħbieb ma'min tilgħab.
Għalija ma kinitx problema imma xtaqtha li tkun aktar ħanina mal-qattus tiegħi. Hi aċċettat u qaltli li għamlet hekk għax kienet imbeżża'. Qattajna xi sigħat flimkien nilagħbu u tirrakonta fuq il-pjaneta tagħha.
Fl-aħħar qaltli li kellha titlaq terġa' lejn id-dar tagħha imma tajtha kelma li jien ħa nkun qed nistenniha kull meta tħoss li għandha terġa' żżurna biex inqattgħu ftit ħin flimkien.