Zael

Dakinhar li mort is- suq man- nanniet


Darba fil- vaganzi tas- sajf mort is- suq man- nanniet. Konna morna bil- mixi darba fid- disgha ta' filghodu. In- nanna qabdet il- carrier u tlaqna.



X'ħin wasalna l- ewwel ħaġa li qaltina n- nanna hi biex immorru għand tal- fjuri. Aħna morna għax mhux ħa ngħidulha le! X' ħin wasalna ħdejn tal- fjuri ġibna għajnejna wara widnejna daqs kemm kellhom fjuri sbieħ! Minnhom bluwni bl- abjad, minnhom kollha sofor u minnhom kollha ħomor li kienu l- favoriti tan- nanna u mill- mument li tefgħet għajnejha fuqhom.



Wara li xtrajniehom in- nannu qalilna li għal wara nofsinhar biċċa salamun kellu aptit allura bqajna sejrin għand tal- ħut fejn ma' kull pass li nagħmlu nxommu riħa, riħa tinten pesti! Imsomma meta wasalna n-nannu u n- nanna bdew jgħidu lil bejjiegħa tal- ħut xi jridu waqt li jien qgħadt nara waħda anzjana tilletika ma' mara. Kulħadd beda jħares lejhom.



Wara li xtraw is- salamun, xtrawli l- ħelu favoriti tiegħi u tlaqna dar. Nerġa' mmur naħseb għax vera ħadt gost! Ħadt gost minħabba li kien hemm ħafna affarijiet sbieħ u tajbin bħal dik ir- riħa taqsam tal- biskuttini u l- ħobż frisk jew il- fwieħa tal- fjuri.