Annimal li għandna fid-dar
Jiena nħobb ħafna l-annimali għax dejjem ikunu hemm għalik meta jkollok bżonn l-għajnuna tagħhom, u ghalhekk jien inrabbi kelba. Din il-kelba jisimha Melody. Għandha tliet xhur.
Jien minn dejjem kont xtaqt annimal, u f'għeluq snini xtrajtha minghand il-ħanut tal-annimali. Għajnejha huma kannella, u qisha tikka. Melody hija ubbidjenti, imma tqalleb kullimkien!
Melody torqod fis-salott, go kaxxa b'kutra u mħadda zgħira. Imma tippreferi torqod fuq it-tapit fil-kamra tieghi. Melody u jien inhobbu nilaghbu flimkien...għalkemm gieli noqogħdu ninku lil xulxin, eżempju meta tkun rieqda noqgħod immissha u wara tqum, ma tkunx taf min kien.
Jiena nieħu ħsieb lil Melody billi neħodha dawra fil-kampanja, nagħtiha x'tiekol, x'tixrob u nnaddafha. Neħodha wkoll għand il-veterinarju meta jinqala' xi ħaga u tkun ma tiflaħx.
Jien inhobb ħafna lil Melody għax hija l-aktar ħabiba li għandi. Melody hija specjali għax dejjem iżżommli kumpanija Nixtieq nagħmel appell biex ma jaħqrux l-annimali għax huma jweġġgħu u għandhom qalbhom bhal tagħna u jħossu.