Il-Flamingo
Kienet l-ewwel ġurnata tal-vaganzi tal-Għid. Smajt ħoss ġej mill-ġnien u nżilt niċċekja. Ċekkjajt minn wara l-purtieri, ma stajtx nara sew għax ġriet qalb ħafna ħaxix. Jien ħsibtu xi ġurdien kbir jew xi fenek.
Jien ma kontx naf x'inhu l-annimal u għalhekk qbadt ġebla u garajtha. Xorta ma smajt jew rajt xejn, għalhekk qbadt il-ġugarell tiegħi li kien helicopter bil-control u miegħu waħħalt camera żgħira ta' missieri u bdejt video, wara tajjartu ħdejn il-ħaxix u xorta ma stajt nara xejn u għalhekk rabbejt ftit tal-kuraġġ u ħriġt barra, mexxejt il-ħaxix b'idejha u rajt flamingo l-ġmiel tiegħu. Dan il-flamingo ma nafx kif beda jitkellem u wara qalli biex nitla' fuqu. Jien smajt minnu u hekk għamilt tlajt fuq dahru u beda jtir.
Hu beda jtir 'il bogħod 'il bogħod sakemm id-dar tiegħi lanqas bdiet tidher. Domna ġurnata sħiħa biex naslu fil-post li kien ser joħodni. Meta wasalna jien ma stajtx nemmen dak li bdejt nara. Stajt nara ħafna kuluri, iktar kuluri milli għandi fil-kaxxa tat-tpinġija tiegħi. Kien hemm ħafna iktar annimali li setgħu jitkellmu. Jien bqajt iċċassat ġibt għajneja wara widnejja bil-ġmiel li kien hemm. Kien sar il-ħin u morna lura d-dar. Dan il-flamingo għamilhieli ċara biex ma ngħid lil ħadd u jekk inżomm is-sigriet wegħdni li jerġa' joħodni fl-istess post tal-meravilja.