Albert Einstein

Albert Einstein twieled fil-Ġermanja fl-14 ta' Marzu 1879 u miet fit-18 ta' April 1955.

Fl-1880 flimkien mal-familja tiegħu telaq lejn Munich.

Huwa xjenzat l-aktar magħruf mad-dinja kollha għat-teorija tar-relattivita' u għall-ekwazzjoni matematika tiegħu dwar in-natura tal-enerġija, E=MC².

Wara li gradwa fl-1900 huwa ħadem f'uffiċċju tal-gvern filwaqt li kompla jistudja l-Fiżika waħdu.

Einstein irċieva l-premju Nobel fil-Fiżika fl-1921.

Meta l-partit Nazzist ħa taħt idu l-Ġermanja fl-1933, Einstein telaq mill-pajjiż u ssetilja l-Amerka. Waqt it-tieni gwerra dinija huwa ħeġġeġ lil Amerka jibnu armi nukleari għax seta jkollhom bżonnhom kontra n-Nażi.