Iż-Żejtun

Iż-Żejtun hu villagg ta' daqs medju u jinsab fin-nofsinhar ta' Malta. Iż-Żejtun għandu t-titlu ta' Citta Beland u fih popolazzjoni ta' 11,368.

Iż-Żejtun ħa ismu minn "Żajtun(Żebbug bl-Għarbi).Hu wkoll magħruf bħala Ħal-Bisbut jew Bisbut Casal.


Fil-Medjuevu id-distrett kollu madwar iż-Żejtun, jiġifieri t-tarf tan-Nofsinhar ta' Malta, kien magħruf bħala le Terre di Santa Caterina,("l-artijiet ta' Santa Katerina" bit-Taljan billi t-Taljan kien il-lingwa uffiċjali dak iż-żmien). Għadd ta' rħula ġodda bħal Ħal Għaxaq u Marsaxlokk ħarġu minn partijiet tal-Parroċċa taż-Żejtun.


Fis-snin medjavali iż-Żejtun kien imiss maż-Żurrieq billi Birżebbuġa kienet għadha parti miż-Żurrieq. Ir-reġiment tal-milizzja lokali taż-Żejtun kien wieħed mill-ewwel li ġie wiċċ imbwiċċ mal-forzi Ottomani fil-bidu tal-Assedju tal-1565, iżda l-belt kompliet issofri minn attakki mill-pirati Torok sal-1614, meta attakk mit-Torok kien megħlub mingħajr l-għajnuna tal-milizzji l-oħra.

Iż-Żejtun kellu rwol minuri fl-Imblokk Franċiż tal-1799/1801 bħala kwartieri għas-suldati. Din il-belt kienet waħda mill-ewwel bliet f'Malta barra miż-żoni fortifikati prinċipali ta' Malta, li kellha Ġnien Pubbliku, Ġnien Luqa Briffa. Dan hu msemmi għal suldat tal-kavallerija famuża ta' matul l-Assedju l-kbir ta' Malta.


Iż-Żejtun għadda l-ħakma ingliża tal-gżejjer maltin bħala post kwiet rurali fir-raba' ħadra ta' wied mazza. F'dan il-perjodu kien hemm wieħed mill-ħafna sptarijiet f'Malta għal suldati Ingliżi w Franċiżi feruti fl-ewwel Gwerra Dinjija. Mill-Indipendenza ta' Malta 'l hawn iż-Żejtun kiber ħafna.


Iż-Żejtun fih diversi fdalijiet Rumni, fosthom Villa Rumana. Il-knisja prinċipali hi ddedikata lil Santa Katarina ta' Lixandra. L-ewwel ġebla tagħha tbierket fl-1692 u tlestiet fl-1720 ("tmienja w għoxrin sena wara"). L-ewwel arċipriet kien Dun Pawl Branchel. Kien hemm knisja oħra ddedikata lil Santa Katerina li tinsab fit-tarf tal-belt u hi magħrufa bħala San Girgor.


Iż-Żejtun għandu ħafna kappelli, fosthom ta' San Klement, tal-Madonna tal-parir it-tajjeb, tas-Salvatur, tal-Assunta, l-Ispirtu s-Santu, Sant Anġlu, san Niklaw, tal-Madonna tal-Ħniena, il=Madonna ta' Lurdes, il-Madonna tas-Sinjura w Santa Marija ta' Ħal Tmien.



























żż

ż