Spettaku ta' talenti
Tkanta kontra l-bullying
Minn-Thomas Zammit
Fl-iskola primarja taż-Żejtun qed issir
attivitá dwar il-problema tal-ibbuljar sabiex jitwaqqaf minnufih. Din qed tgħin biex kulħadd jingħaqad għal għan nobbli.
Hemm madwar mitejn u erbgħin tifel u tifla. Kull wieħed u waħda minnhom jidher li qed jieħdu gost u jagħtu kontribut fl-attivitajiet preparati għalihom. Waqt din l-attività qed jinġabru fondi b’risq dawk it-tfal li għaddejjin minn problemi soċjali minħabba l-ibbuljar.
Hemm tfal li qed jagħmlu spettakli li ġġib għajnejk wara widnejk. Għal din l-attività mistiedna l-kantanta prominenti Destiny, apparti li se jkun hemm żfin u kant għall-gostijiet ta’ kulħadd.
Iżda l-mistieden speċjali huwa l-President ta’ Malta George Vella li fl-aħħar tal-attività se jkun qed jagħti
ċertifikat lil kull voluntier li ħa sehem bħala ringrazzjament. Nistgħu ninnutaw ukoll li hemm artist jagħmel pittura tal-iskola fuq it-tila biex tibqa’ tifkira ta’ din l-attività sabiħa.
It-tfal jidhru li qed jieħdu gost billi jilagħbu u jieħdu
r-ritratti ma’nies importanti u famużi. Jidher li hi attività ta’ suċċess.