Serqa fit-triq tiegħi













Ftit lil hemm mid-dar tagħna, hemm villa il-ġmiel tagħha. Din il-villa hija imdawwra b' ħafna siġar. Iżda minn waħda mit-twieqi tista' tara l-ġmiel li fiha din il-villa.


Darba waħda, din il-villa sfat fil-mira ta' żewġ ħallelin. Dawn il-ħallelin kienu libsin ħwejjeġ suwed tuta u b'maskla biex ma jintgħarfux mill-kamera tas-sigurtà.


Is-sinjura Marisa li kienet toqgħod faċċata ta' din il-villa u li kienet magħrufa li kienet sindikajra, rat lil ħallelin jiftħu t-tieqa u jidħlu ġewwa. Marisa kif rat il-ħallelin deħlin qabdet in-Nokia u ċemplet il-pulizija. Sakemm laħqu ġew il-pulizija, Marisa ċemplet lil Katarina, li hi s-sid tal-villa, biex tghidilha x'kien qed jiġri. Sadattant il-ħallelin fittxew f'kull kamra li kien hemm. Fil-kamra tas-sodda sabu kaxxa ħamra b'qalb tad-deheb. Din il-kaxxa kienet mimlija ġojjelli u djamanti prezzjużi. Tefaw kollox ġo borża u daru lura biex joħorġu minn ġot-tieqa.


Eżatt kif kienu ser jaħarbu minn ġot-tieqa waslet il-karozza tal-pulizija u minufih arrestaw lil ħallelin. Katarina irringrazzjat lil Marisa talli ċemplet il-pulizija.



TMIEM