Serqa f'ħanut tal-ħelu
Is-Sibt għal ħabta tas-sebgħa, żewġ ħallelin kissru t-tieqa u daħlu ġol-ħanut tal-ħelu. Jien spiss xtrajt minn għandu. Meta ż-żewġ ħallelin daħlu inkiss inkiss ġol-ħanut, is-sid tal-ħanut semgħathom u rathom jidħlu mit-tieqa. Hi ċemplet il-pulizija. Sakemm waslu sal-ħanut il-ħallelin bdew jieklu ħafna ħelu għax kienet se taqalhom żaqqhom! Ħames minuti wara l-ħallelin marru ġol-kamra tas-sid tal-ħanut u sabu kaxxa mimlija ċikkulata, imma l- ħallelin riedu d-deheb mhux iċ-ċikkulata. Meta ma sabu xejn ħarġu minn barra t-tieqa tal-ħanut u meta raw il- pulizija quddiem wiċċhom skantaw. Il-pulizija arrestaw lill-ħallelin. Il-ħallelin tgħallmu li ma jistgħux joqogħdu jisirqu mill-ħwienet imma jridu jaħdmu biex ikollhom il- flus.