Ġej żmien ta' ferħ=il-Milied
L-Insara jiċċelebraw il-Milied. Din tiġi fil-25 ta'Diċembru u tfakkarna fuq it-twelid ta' Ġesu' Bambin.
Aħna l-Insara nagħmlu il-quddiesa ta' nofsillejl u jkun hemm il-prietka tal-Milied. Il-presepju jħobbu jżejnuħ il-Maltin. Dejjem qabel il-quddiesa ta' nofsillejl ikollna il-purċissjoni tat-tfal:bil-Bambin u fiha joqogħdu jkantaw l-innijiet tal-Milied. L-aktar tradizzjoni Maltija bħala tiżjin hi li nagħmlu 'l Ġesu' Bambin f'maxtura fit-tieqa.
Bħala dekorazzjoni l-iktar popolari hija s-siġra tal-Milied. Apparti s-siġra tal-Milied hemm ukoll il-ponsjetta. Kartolini nistgħu niktbuhom imma minħabba l-użu tal-internet qed nibatu l-kartolini bl'Ecards.
Nhar il-Milied f'nofsinhar, l-Insara jagħmlu ikla tal-Milied u jagħmlu d-dundjan. Jieklu wkoll il-'Christmas log' ul- 'coconut balls', il-qagħaq tal-għasel, il-pudina ul-'mince pies'.
Dawn it-tradizzjonijiet huma importanti għax iġibulna l-ferħ tal-Milied u jdaħħluna fl-ispirtu tal-Milied.Ejja ħa nferħu lil ħaddieħor!
VIVA L-MILIED UL-MILIED IT TAJJEB!!!!!