Il-ħolm tiegħi
Jien għandi 10 snin u diġa bdejt nippjana l-futur tiegħi. F'moħħi
għandi ħafna ħolm u aspirazzjonijiet li fil-futur nixtieq nilħaq. L-ewwel ħolma tiegħi hija li nsir suldat. Din il-ħolma kienet f'moħħi minn eta' żgħira u minn dejjem kont inħobb nilgħab ma' ħuti taparsi jiena s-suldat u huma l-ħallelin. Jien bdejt min issa naħdem għal din il-ħolma għax biex nilħaq suldat irrid nitgħallem l-iskola. Biex jien nidħol suldat irid ikolli tmintax-il sena u irrid inkun lest għal ċertu dixxiplina fosthom xagħri mqaxxra, ħwejjeġ nodfa u żarbun ileqq. Illum il-ġurnata komplejt inżid l-aspirazzjoni li jiena għandi għax- xogħol ta' suldat għaliex qed nara kemm is-suldati qed jgħinu lin-nies f'din il-pandemija ta' Covid 19. Is-suldati qed iqassmu l-ikel lin-nies vulnerabli, għassa mal-imigranti u ħafna affarijiet oħra.
It-tieni ħolma tiegħi hija li xi darba immur ġo pajiż fejn hemm ħafna faqar biex ngħin lin-nies u lit-tfal foqra jitgħallmu l-iskola. Il-pajjiż li nixtieq immur huwa l-Kenja. Jekk jiena nilħaq suldat jaf ikun ta' gid li mmur pajjiżi foqra sabiex nitgħallem kif taprezza il-ħajja aktar f'Malta. Inħobbu ma tantx napprezaw l-affarijiet għadna, l-ewwel wieħed jien.
Ġħandi seba' mitt sena sakemm jiena nikber u nilħaq il-ħolm li jiena għandi u naf li sakemm nikber inżid iktar ħolm jew forsi nibdel minnhom għaliex ninduna li jekk nibdei ikun ta' ġid għalija jew għal ta' madwari.