Il-Magna taż-Żmien

Darba waħda kien hemm żewġt iħbieb. Dawn kien ilhom jafu lil xulxin għal disa' snin sħaħ u dejjem riedu jmorru xi avventura sabiħa fil-passat. Daniel qam, ċempel lil Lincoln, il-ħabib tiegħu, u saqsih jekk riedx jiġi għandu. Lincoln qallu "iva". Wara ftit hu wasal id-dar u ċempel il-qanpiena. Daniel fetaħ il-bieb u mingħajr ma qalu lil missierhom u lil ommhom, ħarġu barra f'ġurnata mimlija xita. Kien hemm ir-ragħad igorr, ix-xita nieżla qisha tsunami u s-sħab iswed faħma.


Sabu dar kbira u abbandunata. It-tfal tal-iskola kienu jgħidu li fiha kien jgħix xjenzat miġnun, imma xorta daħlu ġewwa ħabba li kien hemm ix-xita u l-maltemp. Lincoln ħareġ il-mowbajl u beda jfittex, meta telgħatlu mistoqsija fuq is-sit li s-soltu jsaqsi l-mistoqsijiet, u kien hemm miktub "Trid tkun taf jekk jeżistux il-magni tal-passat? " Marru fuqha u qraw li l-magni tal-passat vera kienu jeżistu, imma imbagħad kissruhom kollha peress li tifel kien mar tant fil-passat li qatt ma ġie lura. Huma u jduru f'din id-dar sabu l-magna, kienet kaxxa tal-telefown, kienet blu skur. Kien hemm miktub pulizija fuq nett bl-abjad u l-isbaħ ħaġa kien hemm fanal żgħir fuq is-saqaf tal-kaxxa. Dawn it-tfal mingħajr biżgħa


daħlu fiha, għalqu għajnejhom u f'daqqa waħda marru


fil-passat. Kif fetħu għajnejhom sabu ruħhom fejn kien hemm id-dinosawri. Bdew iduru ġo dan il-post stramb kien hemm dinosawri kbaaaar, kien hemm ħxejjex u frott enormi.


Fil-bogħod raw frotta kbira u meta ngħid kbira, kbira daqs il-kamra tas-sodda tiegħi. Huma u jduru f'dan il-post iltaqgħu ma' xwejjaħ. Dawn baqgħu jħarsu lejn xulxin u wara ftit għamlu ħbieb u bdew jitkellmu. It-tfal irrealizzaw li dak ix-xiħ kien dak it-tifel li kien jgħix ġo dik id-dar abbandunata u ma deherx iżjed. Dan ix-xwejaħ beda jirrakkontalhom kif meta kien tifel daħal ġo dik il-magna u mar fil-passat iżda l-magna ħadmet ħażin u ma ġietx miegħu għalhekk ma setax jmur lura. Min dak il-ħin bdiet il-ħidma biex jirranġaw il-magna u jmorru lura d-dar. Il-pjan li jirranġaw il-magna ħadem u l-magna ħadmet sew. Iż-żewġt iħbieb marru lura d-dar iżda x-xwejjaħ ried jibqa' hemm għax hemmhekk kien dara u ħassha wisq iebsa biex jirritorna lura.

Waslu lura d-dar u rrealizzaw li kienu għaddew biss ftit minuti minn meta telqu mid-dar bil-magna fil-passat. Kienet esperjenza sabiħa immens, iżda żgur li Daniel u Lincoln qatt mhu ser jerġgħu jagħmlu din l-avventura għax beżgħu li jibqgħu fil-passat bħal ma ġralu dak it-tifel li issa sar xwejjaħ u baqa' fil-passat.