Il-Kejk

Darba waħda Kevin kien għadu kif qam. Libes u niżel isfel. Ommu kienet ħdejn il-mejda, tipprepara l-mejda għall-festin. Tagħtu biċċa kbira għax kienet taf li kien iħobb ħafna l-ħelu.



Ommu qaltlu biex ma jħallix lill-kelb jersaq lejn il-platt. Kevin beda jiekol il-kejk bil-qalb. F'daqqa waħda ħass il-kelb ixommlu saqajh.



Kevin niżel biex imissu u waqgħetlu l-kejk mill-platt. Il-kelb ħatafha u telaq jiġri. Kevin kien irrabjat u beda jsabbat għax kienet l-aħħar biċċa. Mar jiġri ġol-kamra tiegħu u kisser il-lampa bi żball. Il-mama' x'ħin rat x'kien ġara rrabjat u tagħtu kastig.