Darba waħda żewġ persuni marru jimxu fuq l-għoljiet viċin il-baħar. Dakinhar it-temp kien imsaħħab u għalkemm kienet ix-xitwa ma tantx kienet kesħa. Waqt li kienu mexjin, huma ħadu ħafna ritratti sbieħ biex ikollhom tifkira. Imma meta kienu se jieħdu ritratt ieħor, il-kamera tagħhom waqgħet mal-art u bdiet tirrombla sal-irdum. Huma ppruvaw jaqbduha imma kien kollu għalxejn. Iddejqu ħafna u qalu li qatt ma kienu ħa jerġgħu jmorru hemmhekk.
Mixja ħdejn il-baħar