It-tifel li kien qed jaqra
Darba waħda kien hemm tifel qiegħed jaqra ktieb sabiħ fuq is-sodda. Ftit ħin wara, is-sodda bdiet iddur qisha żugraga. It-tifel beda jħossu jdur ħafna, tant kemm hu hekk li ma setax jara sew fejn qiegħed.
F'daqqa waħda t-tifel spiċċa fi Franza ħdejn monument kbir ħafna. It-tifel inħasad b'dak li kien qed iseħħ,iżda ddeċieda li jibqa' jdur ftit il-pajjiż. Mar ġo post kollu affarijiet tat-tfal fejn ħassu ferħan ser itir b'dak kollu li kien qed jara. Dan it-tifel ma kellux l-iċken idea li l-istorja tal-ktieb kienet xi ħaga li ssir vera.
Kompla jdur il-pajjiż u beda jara ħafna bnadar ħomor, bojod u blu iżda xorta ma kienx jaf fejn qiegħed. Mar jiekol minn restorant kbir u sabiħ li f'Malta qatt ma ra bħalu.
Beda jidlam u dan it-tifel ried isib fejn ser joqgħod u ddeċieda li jorqod quddiem ħanut tal-ġugarelli. Xħin qam it-tifel iddeċieda li jixtri ġugarell sabiħ, iżda flus ma kellux. Malli daħal fil-ħanut qal lil sid il-ħanut li ma kellux biżżejjed flus, "... għax jiena ġejt mingħajr ma kont naf!"
Tal-ħanut kien pront u wieġbu, "Int qiegħed Franza u jiena ser nagħtik ġugarell biex iżommu tifkira tal-pajjiż."
It-tifel inħasad u fetaħ għajnejh. Sab ruħu d-dar u nduna li din kienet biss ħolma. L-imaginazzjoni li kellu fil-ħolma waslitu biex baqa' jiftakar il-ħolma għal għomru.