Oliver u l-kejk
Kien għeluq snin omm Oliver u filgħaxija Oliver u oħtu għamlulha festin. Meta qasmu l-kejk Oliver mar ħdejn oħtu Sophie biex jieħu biċċa. Oħtu tagħtu biċċa kbira. Oliver kien ferħan għax kien iħobb ħafna l-ħelu.
F'daqqa waħda Oliver ħass il-kelb taz-zija Lola xxommlu saqajh. X'ħin Oliver niżel biex imellsu waqgħetlu l-biċċa kejk mill-platt. Il-kelb ħatafha u telaq jistaħba taħt il-mejda biex jiekolha.
Oliver kien imdejjaq għax kienet l-aħħar biċċa imma z-zija Lola kellha sorpriża għalih. Hi tagħtu l-biċċa kejk li kienet ħalliet għaz-ziju Twanny!
Kemm feraħ Oliver!