L-Artist
Darba waħda kien hemm artist jismu Mark. Dan l-artist kien iħobb ipinġi bil-kuluri taż-żejt. Għal bidu ma kellux ideja x'jaqbad ipingi, u waqaf jaħseb.
Kien dam sa bil-lejl biex kien jaf x'se jaqbad jagħmel. Kellu l-lampa l-kbira mixgħula biex jara sewwa u f'moħħu beda jimmaġina ipenji xi ħaġa roża.
L-artist kien ħaseb fuq mostru roża u gustuż. Dan il-mostru għandu ħamest iswaba, tlett sinniet u tlett għajnejn tondi u kbar. Dan il-mostru jidher qiesu tifel żgħir għax huwa magħmul ċkejken. L-artist beda jpinġi għal-film, li kien jismu l-mostru ż-żgħir.
L-artist mar għand producer tal-films biex jaħdem l-mostru ż-żgħir. Dan il-film intlaqat b'mod tajjeb ħafna mal-pubbliku li saħansitra intwera mad-dinja kollha.