16-04-2021 Friday.
Djalogu.
Narratur: Fil-kexxun tal-iskrivanija ta' Ġina kien hemm ħafna affarjiet. Fosthom kien hemm lapes u gomma.
Lapes: Bonġu Sinjura Gomma!
Gomma: Bonġu Sur Lapes! Kif inti?
Lapes: Qed tuġani rasi!
Gomma: Għaliex Sur Lapes?
Lapes: Ilha tgerrem fija Ġina! Arani, kolli mgerrem!
Gomma: Ħażin e!
Lapes: Int kif int Sinjura Gomma?
Gomma: Jien mhux ħażin, imma vera maħmuġa! Ma taħsilni qatt!
Lapes: Vera tidher b'ħafna ħmieġ! Mela kemm tużak?
Gomma: Ħafna Sur Lapes!
Lapes: Ħeqq, forsi għandha bżonnok!