Ġej il-Milied!
Il-Milied huwa importanti ħafna għall-Insara.Fil-25 ta' Diċembru jigi ċċelebrat it-twelid ta' Ġesu' Bambin.
It-tradizzjoni Insara
Tradizzjoni Nisranija hi li f'nofsilejl issir quddiesa,kif ukoll il-prietka tal-Milied.Din iddum madwar għoxrin minuta. Jagħmluha anke tfal ta' ħames snin! Ġod-djar jarmaw il-presepji bil-bambin ġo fihom u bil-ġulbiena madwarhom. Isiru l-Avvent u n-novena. Kif ukoll ikun hemm il-purċissjoni tal-bambin u jerfgħuh it-tfal. Din bdieha lunika qaddis malti s'issa San Ġorġ Preca.
Simboli u Dekorazzjonijiet
Apparti il-presepji, hemm ukoll is siġra tal-Milied. Hi tkun imżejna b'xi boċċi u xi dwal. Xi drabi jkun hemm xi baslun taz-zokkor mas-siġra wkoll. Fil-Milied fjura li tara ħafna djar imżejnin biha hi l-ponsjetta. Peronaġġ marbut ma' din il-festa hu Santa Klaws li jgħidulu ukoll ix-Xiħ tal-Milied. Din ifakkarna f'San Nikola li tefa' flus tad-deheb ġol-kalzetti tal-foqra. Nibagħtu wkoll il-kartolini tal-Milied, u n-nanniet jagħtu xi ħaġa tal-flus lin-neputijiet.
Ikel u Ħelu Tradizzjonali
In-nies, fil-ġurnata tal-Milied, isajar d-dundjan. xi deżerta wara bħall-kejk jew xi pudina jew il-qagħaq tal-għasel . Insibu wkoll il-'christmas log', il-'coconut balls' u l-'mince pies'.
Il-Milied iġib ħafna ferħ u jdaħħluna fl-ispirtu tal-Milied!
Il-festi t-Tajba!