Kemm hu Sabiħ Żmien Il-Milied!

Aħna l-Insara għandna festa mill-isbaħ, festa ta' ferħ u paċi.

Din hi l-festa ta-Milied! Il-Milied jiġi ċċelebrat fil-25 ta' Diċembru. Din il-festa hija mportanti ħafna għax aħna niftkaru meta twieled Ġesu'.


Niċċelebraw ħafna aħna l-Insara, u fost ħafna tradizzjonijiet

għandna l-purċissjoni bil-Bambin l-Avvent, l-Prietka tal-Milied u ġieli nagħmlu xi presepju. Nagħmlu anke xi Bambin fit-tieqa, jew fuq xi mejda jew bank.


Is-simboli u d-dekorazzjonijiet marbuta mal-Milied huma l-aktar affarijiet li n-nies iħobbu jagħmlu. Is-siġra tal-Milied u xi ponsjetta ma jonqsux! Ġieli tagħti xi kartolini tal-Milied, lil sħabek jew lill-familja. It-tfal iħobbu jagħmlu xi bastun taz-zokkor. Ma nistgħux ma nsemmux lil Santa Klaws, l-iktar personaġġ marbut mal-Milied u għal qalb it-tfal.


L-ikel tradizzjonali tal-Milied hu d-dundjan. Aħna l-Maltin nieklu xi pudina jew xi kejk. L-aktar ħelu marbut mal-Milied huma l-qagħaq tal-għasel. Ġieli t-tfal joqogħdu jagħmlu l-'Christmas log' mal-ġenituri tagħhom. Imma l-aktar affarijiet li t-tfal iħobbu huma l-'Coconut balls' u l-'Mincepies'.


Dawn it-tradizzjonijiet tal-Milied huma importanti għax idaħħluna fl-Ispirtu tal-Milied. Dawn iġibu ferħ.



Il-festa t-Tajba!!!