Maltempata kbira

Darba wahda kien hemm maltempata kbira. Kien it-Tlieta, 24 ta' Frar,2018. Jien kont qed nagħmel u f'daqqa wahda nisma' ħoss kbir. Ir-riħ beda jvenven u nara mewġ għoli. Kienet kesħa xxaqq l-għadam u wara ftit mort id-dar, Kulhadd beda jibża'.


Jiena mort nieħu naqra te',mit-tieqa nara l-karozzi li waqgħu fl-ilma.Wara ftit mort fuq il-bejt biex nara x'ġara, u jien nara l-ħwejjeġ tiegħi jtiru.Jien werżaqt ħafna u naħseb li semagħni kulħadd.Mort barra biex nipprova naqbad il-ħwejjeġ,u f'daqqa waħda nara li l-ħitan tas-sejjieħ kienu ġġarrfu.


Bdejt niġri sad-dar u nara l-ħut fuq l-art u l-għelieqi mifqugħin bl-ilma.F'salt wasalt id-dar.Jiena kont se mmut bil-biża'!Mort fis-sodda u ppruvajt norqod,imma kien kollu ta' xejn.


Is-sajjetti bdew faqqgħu ma' kullimkien.Is-siġar bdew jaqgħu fuq id-djar tan-nies.Jien ħsibt li waħda mis-siġar se taqa' fuqi! Barra bdejt nisma' is-sireni wkoll.Jien bdejt nitlob kemm nista' biex tieqaf din il-maltempata kbira.


Ix-xita bdiet tnaqqas u s-sajjetti bdew jieqfu.Dak it-talb kollu ħadem! Kulħadd beda jifraħ u anke jien.Kollox ghadda b'wiċċ il-ġid.