L-annimal li għandi d-dar



Jien inħobb ħafna l-annimali għax niggustahom. Id-dar, jien inrabbi kelb li jismu Lui. Hu għandu xahrejn u għadu qed jidra lili u l-ambjent madwaru. Meta jara lili tgħidtx kemm jifrah bija.


Il-kelb ġibtu mingħand il-ħabib taz-ziju tiegħi. L-ewwel ftit żmien meta twieled qattgħu għandu biex ikun qrib ta'ommu. Ilu biss ħmistax il-ġurnata għandi. Għall-bidu li ġibtu għandi kien jibki xi ftit sakemm dera r-rutina. Jien kont infissdu u malajr kien jieqaf jibki. Il-kelb għandu pil isfar lellux u huwa żgħir qisu tikka. Hu jiġri daqs għażżiela u dejjem jirbaħli jekk nagħmlu xi tellieqa.


Normalment, Lui jorqod fuq it-tapit. Hu jħobb jilgħab bil-ballun żgħir tiegħu u xi drabi jilgħab miegħi wkoll. Lil Lui xtrajtlu ħafna ġugarelli u il-familjari tiegħi xtrawlu xi ħwejjeġ ukoll. Huwa għandu l-kamra tiegħu li tinsab ħdejn tiegħi eżatt imma il-bitħa hija l-favorita tiegħu għax għandu fejn jiġri u jilgħab. Lui xorta waħda jiġi fil-kamra tiegħi u joqgħod jaqbeż u joqmos fuq is-sodda u ma jħallinix norqod sew.


Ġieli nieħdu xi dawra mal-pjazza taż-Żejtun. Jekk allaħares qatt xi darba jkun ma jiflaħx nieħdu immedjatament għand il-veterinarju u ma nieħux gost.