Proġett tar-Reliġjon

Ġest sabiħ li għamilt ma' xi ħadd li qiegħed ibati fi żmien ir-Randan.


Fi żmien ir-Randan jiena ta' spiss kont inċempel lill-bużnanna tiegħi li tinsab ġewwa dar tal-anzjani Wied il-Għajn.

Jiena kont inċemplilha u konna naraw lil xulxin fuq l-iskrin. Il-bużnanna kienet tħossha waħedha speċjalment f'dan iż-żmien partikolari. Ma stajtx immur naraha u nagħmlilha kumpanija minħabba l-vajrus tal-'covid 19'. Meta kont inċemplilha, il-bużnanna kienet tkun tidher ferħana, kuntenta u bi tbissima fuq wiċċha. Għalhekk naħseb li taffejt it-tbatija għax ma baqgħetx tħossha waħedha. Wara li kont inkellimha kont inħossni ferħan se ntir għax kont inħoss li għamilt xi ħaġa tajba u kont ta' għajnuna.

Fi żmien ir-Randan in-Nisrani jista' jgħin permezz ta' xogħol volontarju bħal pereżempju tgħin fil-knisja jew f'xi dar tal-annimali. Jista' jgħin ukoll finanzjarjament billi jagħti donazzjonijiet lil min għandu bżonn bħal xi ħadd li se jagħmel operazzjoni jew irid isiefer biex jieħu l-kura.Nistgħu ukoll nitolbu u nagħmlu sagrifiċċju. Ġesu' fil-ħajja tiegħu għen ħafna nies li kienu qed ibatu. Huwa għenhom ukoll permezz ta' mirakli. Ġesu' għamel miraklu ma' raġel ipparalizzat. Meta n-nies ħadulu lil dan ir-raġel mimdum fuq tapit, Ġesu' qallu biex iqum u jimxi u dak ir-raġel hekk għamel. Miraklu ieħor li għamel Ġesu' huwa meta mess għajnejn raġel għami u tah lura d-dawl.