Il-Jum Oranġjo.

James: Sabrina, sakemm aħna fil-brejk tal- iskola, tridx niftehmu ftit dwar l-attivita' li għandna nagħmlu dwar il-Jum Oranġjo.

Sabrina: Iva James idea tajba, aħjar niftehmu għax iż-żmien għaddej ġmielu! kif se nagħmlu allura?

James: Tridx tiġi għandi nhar is-sibt li ġej? Jien se nilħaq nixtri xi kartonċin abjad u oranġjo u inti jekk tista ġib xi kuluri u affarjiet biex niddekoraw.

Sabrina: Kollox sew, tajjeb għalija. Narak is-sibt xil-għaxra jekk hu tajjeb għalik?

James: Tajjeb għalija, issa tlaqna lura fil-klassi għax il-brejk se jispiċċa daqt.

Sabrina: Wasalt jien James Bonġu, lest biex nagħmlu xi ħaġa speċjali għal Jum l-Oranġjo?

James: Bonġu, mela ejja ħa nibdew.

Sabrina: Toġgħbok l-idea jekk naqbdu dawn iż-żewġ flokkijiet oranġjo li ġibt miegħi u npinġu disinn fuqhom kontra l-ibbuljar u l-vjolenza?

James: Idea sabiħa, imma iktar kelli f'moħħi li nagħmlu poster fuq kartonċin.

Sabrina: X'taħseb jekk ikollna nagħmlu iż- żewġ ideat? Il-flokkijiet nilbsuhom dakinhar tal-Jum iddedikat kontra l-vjolenza u l-ibbuljar fl-iskola u l-powsters nwaħħluhom f'postijiet importanti madwar l-iskola fejn jarahom kulħadd.

James: Il-aħwa x'idea tajba, hekk nagħmlu u nhar l-Erbgħa 24 ta' Marzu noħorġu bi ħġarna nuru li aħna kontra l-vjolenza u l-ibbuljar fil-jum iddedikat.

Sabrina: Tridx kif inlestu l -flokkijiet u l-posters ngħidu 'l ommok Maria toħdilna vidjow u ntellgħuh fuq youtube biex kulħadd ikun jaf dwar din il-ġurnata?

James: Iva idea sabiħa ħafna! Mela nibdew naħdmu fuq il- posters u l-flokkijiet u wara nagħmlu l-vidjow.