Ġest sabiħ li għamilt ma xi ħadd għall-Milied
Fi żmien il-Milied huwa sabiħ li nagħtu u ngħinu lil oħrajn. Din is-sena flimkien ma ommi u ħija ferraħna lit-tfal ta' l-Istitut ta' San Ġużepp billi tgħajnijom xirja ta' l-ikel. Ġewwa l-Istitut ta' San Ġużepp is-sorijiet jieħdu ħsieb it-tfal li ma jistgħux jgħixu mal-ġenituri tagħhom. Kull sena nippruvaw nagħmlu karita' ma nies anqas iffurtunati minna eżempju s-sena l-oħra xtrajna rigal lil tifel ta 12-il sena u poġġejnieh taħt is-siġra ta' l-imħabba li kien hemm fil-paroċċa taż-Żejtun. Meta mort ma' ommi nixtri fil-ħanut tal-merċa ħassejtni kuntenta u mimlija eċitament għax ridt naħseb f'affarijiet li jkollhom bżonn dawn it-tfal.
Filgħaxija morna nħabbtu fuq il -bieb ta' l-Istitut. Malli ratna s-soru bil-kaxxi ta; l-ikel tgħidx kemm ferħet u kellha tbissima sabiħa fuq wiċċha. Dak il-ħin ħassejt qalbi mimlija bil-ferħ u kont kuntenta ħafna. Is-soru irringrazzjatna f'isem dawk it-tfal ċkejknin u qaltinha li żgur se jieħdu pjaċir bl-ikel tajjeb li xtrajnilhom.
Fid-dar tagħna ikollna ħafna ikel u affarijiet tajbin huwa ġest sabiħ li naqsmu ma ħaddieħor.
se