SFIDA SAJF NUMRU 3


  1. Ilbieraħ filgħaxija mort passiġġata x-xatt ta' Marsaxlokk, ir-Raħal tas-Sajjieda fin-naħa t'isfel ta' Malta.
  2. Mort m'ommi, missieri u oħti ż-żgħira.
  3. Ix-xatt kien mimli mwejjed tar-ristoranti u kważi kollha kienu mimlijin bin-nies.
  4. L-atmosfera kienet sabiħa ħafna speċjalment meta beda jidlam.
  5. L-aktar ħaġa li laqtitni kienet il-Luzzu Malti kkulurit.
  6. Rajt ukoll il-Monument tas-Sajjied u faċċata l-Knisja Parrokkjali.
  7. Wara morna nieħdu ġelat biex nifriskaw ftit u hemm iltqajna maz-zija x-Xlukkajra.
  8. Ħadt gost ħafna għax barra li kilt ġelat tajjeb, tgħallimt xi ħaġa wkoll. Mhux ta' b'xejn dan ir-raħal jiġbed ħafna turisti!