Dakinhar li tlift rigal
Kienet il-ġimgħa Mqaddsa (Randan) kont vera ħerqana għar-rigal li suppost ġie fil-Milied imma minflok ħa jiġi fl-Għid. Suppost ġej għada. Ma nafx, forsi ma jasalx.
Illum suppost ġej ir-rigal. Jekk ma jiġix immur infittxujien. Daqqet il- qanpiena tal-bieb u ommi marret tiftaħ il-bieb. Jien bdejt nissemma'. Samjt mara tgħid "Jidispjaċini r-rigal ma wasalx għax weħel fl-Italja."
Kelli qalbi maqsuma u ma stajtx niflaħ aktar. Mort nistaqsi lill-mama' x'kien ir-rigal. U qaltli "qalbi, rigal hu ma nistax ngħidlek, jddispjacini." Allura staqsejtha hekk"mama', nistgħu din is-sena morru l-Italja?" u hi qaltli "Għala?" u għedtila "ħalli niskopru fejn mar ir-rigal" l-mama' ħasbitha sewwa u qaltli "Sew, għada nippakjaw u pitgħada nitilqu."
Il-jum għadda u bdejna nippakkjaw. L-għada morna l-Italja. Kienet sabiħa ħafna għalkemm jien mort biex insib ir-rigal. Imma ma nstabx allura l-mama' xtratli ieħor.