Il-Mixja t-Twila
Fil-vaganzi ta' l-Għid f'ġurnata mill-isbaħ jien u ommi ddeċidejna li mmorru mixja twil x'imkien fejn qatt ma mxejna. Wara ħafna ħsibijiet iddeċidejna li mmorru mixja Marsaxlokk.
Ipparkjajna ħdejn il-pitch tal-waterpolo, imxejna bil-mod minn fuq ir-ramel, ħarisna ħarsa sew lejn l-ilma u tal-għaġeb il-kwantita ta' bram li kien hemm. Kienu ikbar mill-pala t'idejja.
Għoddejta ħafna iktar minn għaxar bramiet. Komplejna nimxu minn ġo trejqa mħarbta kollha ġebel u żrar. Wasalna ħdejn ħafna għelieqi kbar il-ġmiel u l-kwiet li kien hemm kien immens. Wara wasalna f'passaġġ dejjaq ħafna. F'naħa kien hemm siġar sbieħ u f'naħa oħra kien hemm xatba kbira mdawra ma' tank kbir, fejn fl-antik kien jiġi maħżun iż-żejt għad dgħajjes. Bqajna mixjin qalb l-għelieqi meta rajna passaġġ ieħor li kien jagħti għat-torri ta' San Luċjan. Wasalna ħdejh, ħassejtni daqs tikka daqs kemm kien kbir. Il-mama qagħdet ittini ftit informazzjoni dwar it-torri. Qaltli ukoll biex ma nersaqx viċin għax nista' naqa' ġol-foss tat-torri, għax ma kienx hemm ilqugħ.
Wara mixja twila konna għajjejin ftit u
ddecidejna li nduru lura. 77Kienet mixja tassew
sabiħa, ħsibt dwar l-arja nadifa u l-ġmiel li
kien hemm, indunajt kemm għandna
napprezzaw u nieħdu ħsieb in-natura u
l-ambjent.