Tifkiriet li jfakkruna fil-personaġġi ta’: Dun Mikiel Xerri, Dun Karm Psaila u San Ġorġ Preca
Proġett tal-Istudji Soċjali
Jake Aquilina
4.2
Dun Mikiel Xerri
Patrijott Malti
Dun Mikiel Xerri twieled u għex f’Ħaż-Żebbuġ. Huwa twieled fid-29 ta’ Settembru tal-1737.
Id-dar fejn Dun Mikiel Xerri twieled u għex. Tinsab fi triq Dun Mikiel Xerri, Ħaż-Żebbuġ
Dun Mikiel laħaq qassis u beda jgħallem fis-seminarju ġewwa l-Imdina.
Is-Seminarju antik ġewwa l-Imdina
Dun Mikiel fetaħ skola għal dawk in-nies li ma kellhomx flus biex iħallsu. Wara laħaq professur fl-Universita' ta’Malta, li dak iż-żmien kienet il-Belt u għalhekk mar joqgħod hemm.
Lapida tal-irħam ma’ ħajt ta’ dar fil-Belt Valletta, fejn kien joqghod Dun Mikiel Xerri
Dun Mikiel Xerri kien jgħix fi żmien meta Malta kienet immexxija mill-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann.
Fl-1798 ġew Malta l-Franċiżi u keċċew lill-Kavallieri u għalhekk bdew jikkmandaw huma. Il-Maltin ma kienux kuntenti bit-tmexxija tal-Franċiżi għax ma kienux qalbhom tajba u kienu jisirqu affarijiet prezzjużi mill-knejjes. Il-Maltin irvellaw kontra l-Franċiżi u keċċewhom. Għalhekk, il-Franċiżi kellhom jibqgħu msakkrin wara s-swar tal-Belt. Grupp ta’ Maltin qalbiena, bil-kap tagħhom Dun Mikiel Xerri, riedu jkeċċu lill-Franċiżi minn Malta. Huma ħasbu fi pjan biex jagħmlu dan iżda b’xorti ħażina dan il-pjan inkixef. Dun Mikiel flimkien ma’ xi erbgħin persuna oħra, ġew xkubettjati fil-pjazza ta’ quddiem il-palazz fil-Belt fl-1799. L’aħħar kliem li qal Dun Mikiel Xerri kien ‘Viva Malta’.
Qabel miet Dun Mikiel Xerri għamel testment. Huwa ħalla l-kotba tiegħu u l-vetrini lis-seminarju tal-knisja Maltija. Huwa kellu 509 kotba mqassmin f’ħames vetrini.
L-Arkivji Nazzjonali ġewwa l-Imdina, fejn jinsab l-inventarju (lista) tal-kotba li kellu Dun Mikiel Xerri
Din hija paġna waħda mid- dokument li jissejjaħ inventarju. Din insejħulha sors primarju. Il-lista tal-kotba saret f’Awwissu tas-sena 1799 meta Dun Mikiel Xerri kien ilu 7 xhur mejjet.
Il-Maltin ħassew il-bżonn li jagħmlu monument lil Dun Mikiel Xerri u sħabu biex nibqgħu niftakru f’din il-ġrajja storika.
Il-Monument ta’ Dun Mikiel Xerri u sħabu, mill-iskultur Anton Agius, f’Misraħ l-Indipendenza, quddiem il-Berġa t’Aragona, ġewwa l-Belt.
Dun Mikiel Xerri jinsab midfun fiċ-ċimiterju tal-knisja ta’ San Publiju ġewwa l-Furjana.
Lapida tal-irħam li tinsab fiz-zuntier tal-knisja, li tfakkar lil Dun Mikiel Xerri u sħabu.
Teatru Dun Mikiel Xerri li jinsab ġewwa Ħaż-Żebbuġ
Ħarġu bolol, fuqhom jidher Dun Mikiel Xerri
Dar Dun Mikiel Xerri ‘Lecture Centre’, ġewwa l-Universita' ta’ Malta
Toroq ġewwa Ħ’Attard imsemmijin għal Dun Mikiel Xerri
Dun Mikiel Xerri u sħabu jibqgħu magħrufin għall-qlubija tagħhom u għalhekk insejħulhom patrijotti jew eroj għax mietu għal pajjiżna. Il-Maltin, għalkemm poplu żgħir, qatt ma qtajna qalbna niddefendu lill-art twelidna meta kien hemm bżonn, u għandna nibqgħu nagħmlu dan, fuq l-eżempju ta’ Dun Mikiel Xerri u sħabu.
Dun Karm Psaila
Il-Poeta Nazzjonali
Dun Karm Psaila twieled fit-18 ta’ Ottubru tal-1871, f’dar numru 18, triq il-Parroċċa, Ħaż-Żebbuġ.
Id-dar fejn twieled Dun Karm, numru 18, triq il-Parroċċa, Ħaż-Żebbuġ
Huwa kien saċerdot, għalliem u poeta.
Dun Karm attenda l-iskola primarja tal-gvern ta’ Ħaż-Żebbuġ. Wara daħal is-seminarju u meta kellu 18-il sena beda l-istudji tiegħu għas-saċerdozju. Huwa ġie ordnat qassis ta’ 23 sena. Fl-1917 mar joqgħod f’dar numru 52, triq l-Ifran, il-Belt Valletta, fejn għex għal 26 sena sħaħ waħdu, ‘il bogħod minn ħutu u sħabu f’solitudni kbira.
Id-dar fejn għex Dun Karm għal 26 sena, numru 52, triq l-Ifran, il-Belt Valletta
Għalkemm Dun Karm minn dejjem kien iħobb il-lingwa tagħna, sa 41 sena kiteb poeżiji bit-Taljan biss. Ta’ 41 sena kiteb l-ewwel poeżija bil-Malti li semmieha ‘Quddiem Xbieha tal-Madonna'. Huwa kiteb għadd kbir ta’poeżiji sbieħ fuq pajjiżna fosthom ‘L-Innu Malti’, li wassluh biex ikun magħruf il- Poeta Nazzjonali. L-Innu Malti ndaqq għall-ewwel darba fl-1922 fit-Teatru Manoel. Il-mużika tal-Innu Malti kitibha Mro Robert Sammut.
Fl-1936 telaq mill-Belt u mar joqgħod tas-Sliema. Fl-1961 Dun Karm daħal l-isptar tax-xjuħ. Huwa miet fit-13 ta’ Ottubru tal-1961 meta kellu kważi 90 sena u ndifen f’kappella mibnija apposta għalih fiċ-ċimiterju tal-qalb ta’ Ġesu’, f’raħal twelidu Ħaż-Żebbuġ.
Dun Karm għex f’din id-dar f’tas-Sliema bejn l-1936 u l-1961, fiż-żmien fejn huwa kiteb uħud mill-aqwa xogħlijiet tiegħu.
L-aħħar ritratt tal-Poeta Nazzjonali
Ċimiterju tal-qalb ta’ Ġesu, Ħaż-Żebbuġ
Il-mafkar tal Poeta Nazzjonali li jinsab fi triq Sant’ Anna l-Furjana. Fis-sena 2000 l-Għaqda tal-Malti u l-Ministeru tal-Edukazzjoni waqqfu dan il-monument lil Dun Karm.
Ta kull sena, fix-xahar ta’ Ottubru, l-istdenti flimkien mal-għalliema tagħhom ifakkru lill-Poeta Nazzjonali.
Bosta persuni u għaqdiet taw ġieħ u baqgħu ifakkru lill-Poeta Nazzjonali wara mewtu.
Is-Soċjeta’ tal-kleru ‘Christus Rex’ ġabret il-fondi biex isir bust tal-bronż għal Dun Karm maħdum mill-iskultur Ġorġ Borġ.
Fl-1971, fil-mitt sena minn twelidu, il-Kunsill Ċiviku ta’ Ħaż-Żebbuġ waqqaf mafkar f-ġieħu.
Dan il-monument jinsab fi triq Sciortino Ħaż-Żebbuġ.
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ munita tad-deheb u oħra tal-fidda biex jitfakkar il-Poeta Nazzjonali Malti.
Il-munita tad-deheb għandha valur nominali ta’ €50, filwaqt li l-munita tal-fidda għandha valur nominali ta’ €10.
Il-faċċata tal-muniti turi l-emblema ta’ Malta flimkien mas-sena tal-ħruġ, 2013.
Il-faċċata ta’ wara turi xbieha ta’ Dun Karm u l-ewwel vers tal-Innu Malti.
Il-muniti ġew iddiżinjati u mnaqqxa mill-artist Malti Noel Galea Bason.
Bolla li nħarġet biex jitfakkar Dun Karm Psaila, f’għeluq ‘il mitt sena mit-twelid
Pittura ta’ Dun Karm minn Edward Caruana Dingli li tinsab fil-librerija tal-Universita' ta’ Malta
Xi toroq imsemmijin għall-Poeta Nazzjonali
Triq Dun Karm, Birkirkara
Triq Dun Karm Psaila, Sliema
Triq Dun Karm Psaila, Żebbuġ
Il-Monument ta’ Dun Karm Psaila li qiegħed fil-Librerija Nazzjonali ta’ Malta
Dun Karm Psaila kien jistħoqqlu li jibqa’ jissemma
u mfakkar permezz ta’ dawn it-tifkiriet għax huwa ta ġieh lil Malta permezz ta’ diversi poeżiji bil-Malti fosthom l-Innu Malti.
Huwa kien patrijott għax ħadem u stinka biex il-lingwa Maltija timxi ‘l quddiem.
Għalhekk il-Maltin saru jħobbu l-lingwa Maltija.
Għandna nibqgħu infakkru Jum Dun Karm u niċċelebrawh fit-18 t’Ottubru fuq il-monument tiegħu ġewwa l-Furjana, biex nibqgħu napprezzaw ix-xogħol tiegħu.
San Ġorġ Preca
Fundatur tas-Soċjeta’ tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM)
Dun Ġorġ twieled il-Belt Valletta fit-12 ta’ Frar, 1880 imma għex għal żmien twil fil-parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun.
Huwa laħaq saċerdot u għex ħajja qaddisa. Miet fis-26 ta’ Lulju, 1962 f’Santa Venera u ġie beatifikat fid-9 ta’ Mejju, 2001 minn Papa Ġwanni Pawlu II. Ġie kanonizzat, jiġifieri ġie dikjarat qaddis mill-Papa Benedittu XVI fit-3 ta’ Ġunju 2007. Il-festa ta’ San Ġorġ Preca niċċelebrawha fid-9 ta’ Mejju.
Dun Ġorġ baqa’ magħruf l-iktar għall-importanza kbira li ta lit-tagħlim. Huwa kien ġabar grupp ta’ żgħażagħ u beda jgħallimhom il-Bibbja u aktar tard ħajjarhom jibdew jgħallmu d-Duttrina Nisranija lit-tfal żgħar.
Dun Ġorġ wera fiduċja kbira fil-lajċi (nies li jaħdmu fil-knisja imma m’humiex reliġjużi). Huwa kien isejħilhom soċi jiġifieri membri tas-soċjeta’ tal-MUSEUM.
Hekk bdiet is-Soċjeta’ tal-MUSEUM. Is-Soċjeta’ tal-MUSEUM fetħet djar fil-Bliet u l-irħula Maltin u Għawdxin. L-ewwel qasam infetaħ fil-Ħamrun.
Dun Ġorġ fetaħ djar tal-MUSEUM anke għall-membri nisa. Is-Soċjeta’ li waqqaf xterdet f’bosta pajjiżi.
Huwa ġabar tfal u żgħażagħ fl-oqsma tal-MUSEUM fejn setgħu jitgħallmu u jiffurmaw il-karattru tagħhom.
Dun Ġorġ beda l-purċissjonijiet bil-Bambin nhar lejliet il-Milied, li għadhom isiru sal-lum.
Statwa ta’ San Ġorg Preca b’Ġesu’ bambin f’idejh. L-Istatwa għandha konnessjoni max-xogħol li għamel San Ġorġ, li kien introduċa l-purċissjoni bil-bambin nhar lejlet il-Milied. Din hija l-istatwa titulari ta’San Ġorġ Preca, ġewwa l-parroċċa tas-Swatar li hi ddedikata lil dan il-qaddis.
Statwa tal-bronz fin-niċċa, mal-faċċata tal-knisja ta’ San Ġakbu. Ġiet iddiżinjata minn artist Għawdxi Manuel Farruġia.
Statwa ta’ San Ġorġ Preca minn Alfred Camilleri Cauchi li llum tinsab quddiem il-Parroċċa ta’ Birkirkara
Ir-residenza f’Santa Venera fejn il-qaddis Malti għex l-aħħar ftit xhur qabel miet. Din qed tintuża bħala mużew u mhix tintuża għat-tagħlim reliġjuż.
Il-kappella tas-Soċjeta’ tal-Museum fil-Ħamrun
Mudell tax-xemgħa ta’ San Ġorġ li jinsab fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża ġewwa l-Blata l-Bajda, Ħamrun
Bolol li nħarġu biex titfakkar il-ġurnata meta San Ġorġ ġie kanonizzat fit-3 ta’ Ġunju tal-2007 mill-Papa Benedittu XVI
Xi skejjel li jifformaw parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca
L-Iskola primarja tal-Ħamrun
‘San Ġorġ Preca College Guardian Angel Secondary Education’, Ħamrun
L-Arma tas-Soċjeta’ tad-duttrina Kristjana, magħrufa bħala MUSEUM, li bdiet hawn Malta fl-1907 minn San Ġorġ Preca.
Huwa tajjeb li kull sena nibqgħu infakkru lil San Ġorġ
Preca biex infakkru l-bidu tal-MUSEUM u x-xogħol li wettaq fil-qasam tat-tagħlim nisrani.
TMIEM