Ikteb pagna mid-djarju ta' Triq ir-Repubblika
Data: 13 ta' Diċembru 2023
Il-ħin: 8:00 ta' filgħaxija
Għażiż djarju,
Illum kif stembaħt, indunajt li llum hi ġurnata speċjali. Indunajt għax ġew ħafna suldati tal-Forzi Armati. Ġew ukoll iktar Maltin u turisti mis-soltu. F'xi d-disgħa ta' filgħodu bdiet il-parata tas-suldati. Tgħidx kemm ħadt pjaċir nisma' lis-suldati jdoqqu. Bdew jimmarċjaw fuqi u ħafna nies bdew jimxu warajhom. Baqgħu mixjin sa pjazza San Ġorġ. Bdejt inxomm riħa ta' ikel mil-MC Donalds u tal-kafe ta' Starbucks iktar qawwija mis-soltu għax kien hemm ħafna nies jixtru. Mal-ħin ġie l-president bil-karozza u s-suldati fuq iż-żwiemel quddiemu. Xħin wasal il-president, is-suldati daqqewlu l-Innu Malti.
Daqqu nofsinhar u bħalissa hawn inqas nies. Ħafna turisti qed jaħsbuha biex imorru lura l-lukanda. Tgħidx kem bdejt inħossni maħmuġa għax in-nies flok ramew fil-bramel tal-iskart tefgħu l-ħmieġ fuqi. Kien hemm ħafna nisa jixtru l-ħwejjeġ mill-ħwienet tat-triq teigħi. Fuqi bdew mixjin nies jieklu l-pastizzi. Ftit minnhom bdew ifarku fuqi u bdejt nitgħarrax bil-ħamiem jieklu l-frak li jaqa'. Bdew ġejjin il-kenniesa bied inaddfuni għax filgħaxijal-Belt tkun mixgħula bid-dwal tal-Milied.
Wasal filgħaxija u bdew jagħalqu xi ħwienet. Issa ġie storbju ieħor għax ġew nies biex imorru Fairyland u jaraw l-Belt imżejna. Donnu ma tantx ħa jkolli ċans nistrieħ. Issa sar il-ħin biex nipprova norqod.
Triq ir-Repubblika