Il-persuna favorita tiegħi

Il-persuna favorita tiegħi huwa l-preżentatur Ron Briffa. Huwa jippreżenta programm popolari fuq it- televixin. Jagħmel programmi fuq ir-radju u huwa attur ukoll. S'issa għadni qatt ma ltqajt miegħu. Ron huwa rqiq u jilbes eleganti. Għandu madwar tletin sena. Huwa gustuż u dejjem bi tbissima minn naħa sa naħa.

Ron għandu karattru ħelu, dħuli, ferrieħi, simpatiku, vanituż u bravu. Huwa jiġbed in-nies u huwa maħbub minn ħafna. Ron jippreżenta programm tad-daħk jismu 'Serataron'. Huwa jistinka għax il-programm dejjem ikun differenti u mimli b'logħob sabiħ. Ron jagħmel kuraġġ lill-mistednin fil-logħob li jipprepara għax xi kultant trid tkun avventuruż.

Lil Ron niggustah ħafna kif jitkellem. Għandu leħnu rqiq u fattizzi ħelwin. Fil-karattru ta' Ron ma jdejjaqni xejn għax għandu karattru ħelu u jferraħ lin-nies. Ron idejjaqni ftit meta fil-logħba 'x'hemm fil-kaxxa' jibda jibża' ħafna u ma jagħmilx kuraġġ biex jilgħabha. Jien nixtieq insir bħal Ron biex inferraħ lin-nies u noħloq tbissima.