Meta qabdet id-dar tagħna.
Kien il-Ġimgħa 21 ta' Diċemberu meta sar inċident ikrah ħafna li
ma nista' ninsa qatt. Meta l-familja tiegħi spiċċajna b'ta fuqna
senduqna.
Kienet ġurnata bħal oħrajn iżda inzertajt kont bil-vaganzi tal-Milied u
għallhekk wara l-ikla ta' nofsinhar iddeċidejna li noqogħdu
narmaw it-tiżjin tal-Milied. Kemm kienet sabiħa dakinhar id-dar
imżejna u mixugħla. Wara intfajna naraw film kullħadd miġbur fuq
is-sufan. Kienet ħafna kesħa u ddeċidejna li nixegħlu l-hijter tal-gas.
Wara li kullħadd kien aljenat jara film f'daqqa waħda tqum żiffa u
tieqa kienet miftuħa il-purtiera għoliet u ħabtet mal-hijter fil-pront
il-purtiera ħadet in-nar u beda infexx Kulħadd jinfirex.Kullħadd
jgħajjat u jwerżaq.
Missieri fil-pront mar iġġib barmil ilma u tefgħu fuq in-nar imma
kollu għalxejn. In-nar beda jiġri daqs manafx xiex. Hrigna barra
nħabbtu il-ġirien. Kienet Rita waħda mill-ġirien li ċemplet lil tat-tifi
tan-nar. F'ħames minuti kienu fuq il-post b'vettura kbira. Erba
pumpiera daħħlu fid-dar jitfu nar li kien hemm jaqbat. B'xorti tajjba
ħadd ma' weġġa.Kull ma kellu missieri ħruq f'subajh meta mar
jitfa l-barmil.