126 Kerubini,

Triq il-Madonna

tal-Ħniena

Żejtun ztn 2206

Malta




Għażiża Amy,

Kif inti nispera li din l-ittra issibek tajba. Jiena ninsab tajba qed niktiblek kelmtejn fuq il-passatemp

il-ġdid. Dan l-aħħar qbadt naħdem it-tafal. Madwar sena ilu kellna ħarġa ma' ta' l-iskola fejn żorna post fejn jaħdmu

t-tafal. F'dan il-post kien hemm mara professjonali u bdiet tispjegalna pass pass kif taħdem it-tafal. Qaltilna li t-tafal iġibuh mill-għelieqi imbagħad ixarbuħ u jgħaġnuh. Wara dan

il-proċess jpoġġuh fuq makkinarju idur apposta biex taħdem it-tafal fuqu. L-għodda prinċipali humal-idejn, li kontinwament ixarbuhom bl-ilma u waqt lt t-tafal idur, ituħ il-forma. Għodod bħal xfafar u affarijiet bil-ponta jintużaw biex jagħtuh

id-disinn u wara li jinħema fi fran apposta jagħtuħ il-kulur. Barra minn din it-teknika qaltilna wkoll li bit-tafal isiru ukoll statwi kbar kif ukoll żgħar bħal-pasturi tal-presepju u ilu jintuża għal-mijiet ta' snin. Jiena nsib nixtri t-tafal magħġun lest fil-pakketti u fil-ħin liberu naħdem biħ. Inti għandek passatemp? Nispera li tiktibli lura. Saħħa!

Mingħand Lindsey