Djalogu bejn żewg annimali fir-razzett
Żiemel: Bonġu, kemm qomt kmieni!
Baqra: Bonġu, jiena kuljum inqum kmieni għaliex Fredu jkun irid jaħlibni u jmur bil-ħalib l-Ħamrun.
Żiemel: Mela inti jkollok il-ħalib?
Baqra: Iva, jiena għan-nies dak huwa l-użu tiegħi li nipproduċi l-ħalib.
Żiemel: Jiena wkoll in-nies jarawni tajjeb biss jew għall-ikel jew inkella biex intellaq il-Marsa.
Baqra: Jiena wkoll meta jkolli t-tfal jieħduhomli sabiex jieħdu l-laħam tagħhom.
Żiemel: Kif tqattagħha il-ġurnata inti?
Baqra: Jiena inqum fl-erbgħa ta' filgħodu biex Fredu jaħlibni; imbagħad noqgħod ftit fix-xemx. Għall-ħabta ta' nofsinhar nidħol nistrieħ ftit u wara... mhux dejjem l-istess.
Żiemel: Jiena filgħodu nippreferi nibqa' rieqed imbagħad għall-ħabta tat-tmienja nqum u mmur sal-għalqa ta' faċċata sabiex noqgħod niġri. Jiena l-hena tiegħi noqgħod niġri.
Baqra: Jiena ma tantx nista' niġri għax jiena għandi l-piż.
Żiemel: Inti jmissek tagħmel naqra bilanċ billi ma tikolx ħafna tiben.
Baqra: Iva, vera imma jekk ma nikolx tiben ma nkunx nista' neħleb ħafna ħalib.
Żiemel: Mela kemm teħleb kuljum?
Baqra: Bejn 6 u 8 litri kuljum.
Żiemel: Għalhekk it-tfal iħobbuk, għax tagħtihom il-ħalib x'jixorbu!
Baqra: Eżatt.Imma anki lilek iħobbuk it-tfal.
Żiemel: Iva, naf.
Dan id-djalogu juri li kull annimal irid jiġi ttratat tajjeb.