Aħna lkoll differenti.


(Tikka Malti paġna 12)


F'din id-dinja aħna lkoll differenti. Hemm min hu twil u min hu qasir, min hu oħxon u min hu rqiq. Hawn min iħobb jiekol u min ħsiebu biex jagħmel l-eżerċizzju. Hawn nies b'ġilda skura, u oħrajn b'ġilda ċara, min xagħru lixx spagetta u min xagħru kollha nokkli. Hawn nies iħobbu joqogħdu ġewwa u hawn nies il-ħin kollu jiġru barra qishom ħa jaqa' s-saqaf fuqhom! Kulħadd bil-fehma tiegħu u fl-aħħar mill-aħħar hija din id-diversità li tgħaqqadna.