Gomma : Kaiden qiegħed jogħġbok il-ktieb?

Kaiden: Int min int?!

Gomma: Jien il-gomma li qiegħda fuq paġna sitta.

Kaiden: Jien qed nisma sewwa? Dan il-leħen ġej minn ġol-ktieb?

Gomma: U le, Kaiden, tinħasadx, jien il-ħabiba tiegħek. Għandi bżonn l-għajnuna tiegħek.

Kaiden: Jien kif ser nemmnek li qed tgħid il-verita?

Gomma: Inti dawwar il-paġna ħa tarani nkellmek għax bħalissa qiegħda bla arja.

Kaiden: Ara, vera mill-ktieb qed tkellimni.

Gomma: Ħadt ma jaf bija għax jien mistoħbija.

Kaiden: Ġieli tkellimt ma' nies oħra bħali?

Gomma: Le, illum l-ewwel darba. Tant rajtek ikkonċentrat li xtaqt insaqsik biex tgħinni.

Kaiden: X'għandek bżonn gomma?

Gomma: Nixtieq li tgħidli kif tispiċċa l-istorja ħalli nkun nista' nsib lill- ħbieb tiegħi għax iddejjaqt waħdi.

Kaiden: Jien għadni f'nofs il-ktieb.

Gomma: Int ukoll iddum biex taqra. Ilek ma tiftħu dan il-ktieb. Jaqaw ma tħobbx taqra?

Kaiden: Dan l-aħħar ma tantx kelli ċans għax kelli l-eżamijiet

Gomma: Mela issa m'għandekx aktar skużi, Kaiden.

Kaiden: Ikkalma gomma żgħira u ħelwa.

Gomma: Skużani talli bdejt ngħajjat imma ilni ħafna waħdi.

Kaiden: Jien ser nibda naqra ftit kuljum ħalli nlesti l-ktieb u nkun nista' ngħinek.

Gomma: Grazzi ħafna talli ser taqra l-ktieb kollu għalija.

Kaiden: Narak għada filgħodu mela u serraħ rasek li qatt mhu ser tkun waħdek iżjed.