Serqa f'ħanut tal-ħelu.
Il-ġimgħa l'oħra kont qed nisma' l-aħbarijiet, u smajt li kien hemm serqa ġo ħanut tal-ħelu.
Din is-serqa seħħet filgħaxija waqt li l-ħanut kien wasal biex jagħlaq. Il- ħanut jismu Yummies Confectionery. Jiena mmur ta' sikwiet nixtri l-ħelu mingħandu għax huwa vicin ħafna tad-dar tiegħi.
Kien il-ħamis filagħxija għal ħabta tas-sebgħa w nofs,meta daħal raġel b'wiccu mammad u b'sikkina f'idu ,u talab il-flus kollha lill-kaxxiera. Il-kaxxiera bdiet twerżaq u tgħajjat għal għajjut. Raġel li kien qalb l-ixkaffar qed jara x'ser jixtri ħelu, beda jara kollox u meta ra lil dik it-tfajla mwerwra , għamel il-kuraġġ, mar minn wara l-ħalliel u ħadlu s-sikkina minn idu u kien pront kixiflu wiccu. Il-ħalliel beda jissara miegħu biex jaħrab, imma r-raġel żammu sew u qal lill-kaxxiera biex iccempel lill-pulizija.
Wara ftit minuti l-pulizija waslu u arrestaw lill-ħalliel.
Grazzi għal dak ir-raġel qalbieni spicca kollox b'wicc il-ġid u ħadd ma' weġġa'.