JUM ORANĠJO

Sabrina: Aħjar nibdew nippakjaw biex immorru!

James: Vera? Issa fejn ħa mmorru u għaliex?

Sabrina: Kemm ilni ngħidlek? Sejrin il-Belt nippreparaw.

James: Mhux niċċajta qiegħed!

Sabrina: Iva, tiċċajta hux? Taf kemm għandna x'nagħmlu biex narmaw kollox għal Jum Oranġjo?



James: Telqin bil-karozza tal-mama' hux?

Sabrina: Iva.

James: Mela ejja ma naħlux ħin!

Wara ftit Sabrina u James waslu il-Belt.

James: Fejn ħa nwaqqfu mejda?

Sabrina: Mhux għalhekk ġejna hawn!

James: Jiddispjaċini, Sabrina.

Sabrina: Għalxhiex?

James: Talli qed ninsa' kollox li tgħidli.

Sabrina: Ma ġara xejn James kulħadd jinsa'.

James: Ara'... hemmekk tajjeb ħdejn il-funtana?



Sabrina: Iva... vera x'idea brillanti!

James: Sabrina, jien qed ngħid f'qalbi ara jaħasra dawk it-tfal u żgħażagħ bħalna li jgħaddu mill-ibbuljar u vjolenza.

Sabrina: Għandek raġun James. Kont se ngħidlek ħalli il-flus li niġbru nagħtuhom għall-karità!

James: U jien kont se ngħidlek li nistgħu nagħmlu powsters u websajts ħalli nħeġġu lin-nies biex jiġu għall-attivitajiet!

Sabrina: Mela ejja nibdew!


Sabrina u James bdew jidhru fit-televiżjoni u bdew jagħmlu ħafna powsters. Bdew jagħmlu ħafna xogħol bħal ipinġu xi stampi biex fil-jum Oranġjo ibighuhom