Il-festa sabiħa tal-Milied



Il-Milied huwa żmien sabiħ immens li kull persuna li tgħix f'Malta tiċċelebra. Hija festa li tferrah lil ħafna nies f'kull pajjiż.


Fil-Milied għandna tradizzjonijiet sbieħ bħalma huma l-quddiesa ta' nofs il-lejl, it-tkabbir tal-ġulbiena u l-prietka tat-tfal. Għandna ħafna tradizzjonijiet oħra imma għalissa dawk ħa nsemmi.


F'din il-festa nippreparaw ħafna ikel differenti x'nieklu. Imma dawn l-ikliet mhux bilfors trid tikolhom. Tistgħu tieklu ikliet oħra bħad-dundjan mixwi, 'Panettone', 'candy canes', ċikkulati tal-Baċi u tal-kalendarju tal-Avvent.


Fil-Milied għandna wkoll simboli u tradizzjonijiet oħra marbuta ma' din il-festa. Għandna l-ikel tal-Milied x'nieklu, dekorazzjonijiet bħall-Bambin fit-tieqa, is-siġra tal-Milied, Santa Klaws, il-ponsjetta u ħafna oħrajn.


F'din il-festa tal-Milied nersqu ħafna lejn Alla bit-talb. Il-Milied ifisser li niċċelebraw it-twelid ta' Ġesu Bambin u kulħadd iħoss ferħ kbir f'qalbu.