L-Isfilata tal-Karnival



Ta' kull sena l-familja tiegħi teħodni l-Belt Valletta biex niċċelebraw il-karnival. Il-karnival noqogħdu nieklu ikel tajjeb bħal prinjolata u perlini. Nistgħu ukoll noqogħdu naraw il-buffi u ż-żeffiena jiżfnu b'kuluri jgħajtu sakemm idoqqu l-Innu tal-Karnival u hekk hija d-diska 'jgħidu x-xjuħ u jgħidu t-tfal,viva l-jiem tal-karnival!' Ikun hemm ukoll karrijiet differenti u sbieħ bħal ta' Disney u xi karrijiet ohra jistghu ikunu tad-daħk bħal ta' Mr.Bean. Jiena għandi kostum ta' dragun feroċi. Daqt jasal ir-Randan u jrid ikolli nagħmel sagrifiċċju!